This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022TN0454
Case T-454/22: Action brought on 22 July 2022 — Sky v EUIPO — Skyliners (SKYLINERS)
Kawża T-454/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2022 – Sky vs EUIPO – Skyliners (SKYLINERS)
Kawża T-454/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2022 – Sky vs EUIPO – Skyliners (SKYLINERS)
ĠU C 340, 5.9.2022, p. 55–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/55 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2022 – Sky vs EUIPO – Skyliners (SKYLINERS)
(Kawża T-454/22)
(2022/C 340/74)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Sky Ltd (Isleworth, ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Zalewska-Orabona, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Skyliners GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SKYLINERS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 570 915
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ April 2022 fil-Każ R 0006/2022-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u, fil-każ li l-parti l-oħra tintervjeni f’din il-kawża, lill-intervenjenti, għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 8(5) u 8(4) moqrija flimkien mal-Artikolu 41(1)(a) u (c) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 moqri flimkien mal-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |