Elija las funciones experimentales que desea probar

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 62020TB0638

    Kawża T-638/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2022 – JP vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament u għad-danni – Servizz pubbliku – Kompetizzjoni ġenerali – Avviż tal-kompetizzjoni EPSO/AD/363/18 għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fil-qasam tal-fiskalità (AD 7) – Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva – Litispendance – Inammissibbiltà manifesta”)

    ĠU C 340, 5.9.2022, p. 41/41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 340/41


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2022 – JP vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-638/20) (1)

    (“Rikors għal annullament u għad-danni - Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Avviż tal-kompetizzjoni EPSO/AD/363/18 għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fil-qasam tal-fiskalità (AD 7) - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Litispendance - Inammissibbiltà manifesta”)

    (2022/C 340/56)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: JP (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Champetier, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: D. Milanowska u T. Lilamand, aġenti)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-10 ta’ Diċembru 2019 li permezz tagħha l-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/363/18 irrifjuta, wara eżami mill-ġdid, li jinkludi isimha fil-lista ta’ riżerva tal-kandidati li għaddew mill-imsemmija kompetizzjoni u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu li hija ġarrbet minħabba din id-deċiżjoni.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    JP hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 433m, 14.12.2020.


    Arriba