Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0251

    Kawża T-251/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – Tigercat International vs EUIPO – Caterpillar (Tigercat) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Tigercat – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti CAT – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

    ĠU C 340, 5.9.2022, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 340/34


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – Tigercat International vs EUIPO – Caterpillar (Tigercat)

    (Kawża T-251/21) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Tigercat - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti CAT - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

    (2022/C 340/46)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Tigercat International Inc. (Cambridge, Ontario, il-Kanada) (rappreżentanti: B. Führmeyer u E. Matthes, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Georgieva, D. Gája u V. Ruzek, agenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Caterpillar Inc. (Peoria, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Renck u S. Petivlasova, avukati)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u l-bdil tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-25 ta’ Frar 2021 (Każ R 16/2020-2), li tirrigwarda proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejnha u l-intervenjenti.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Tigercat International Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 263, 5.7.2021.


    Top