Elija las funciones experimentales que desea probar

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 62020TA0150

    Kawża T-150/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – Tartu Agro vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat – Agrikoltura – Kuntratt ta’ kiri li jirrigwarda artijiet agrikoli fl-Estonja – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Vantaġġ – Determinazzjoni tal-prezz tas-suq – Prinċipju ta’ operatur privat – Evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi – Stħarriġ ġudizzjarju – Teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi rilevanti kollha – Obbligu ta’ diliġenza”)

    ĠU C 340, 5.9.2022, p. 29/29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 340/29


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – Tartu Agro vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-150/20) (1)

    (“Għajnuna mill-Istat - Agrikoltura - Kuntratt ta’ kiri li jirrigwarda artijiet agrikoli fl-Estonja - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Vantaġġ - Determinazzjoni tal-prezz tas-suq - Prinċipju ta’ operatur privat - Evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi - Stħarriġ ġudizzjarju - Teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi rilevanti kollha - Obbligu ta’ diliġenza”)

    (2022/C 340/37)

    Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

    Partijiet

    Rikorrenti: Tartu Agro AS (Tartu, l-Estonja) (rappreżentanti: T. Järviste, T. Kaurov, M. Valberg u M. Peetsalu, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u E. Randvere, aġenti)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 252 final tal-24 ta’ Jannar 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.39182 (2017/C) (ex 2017/NN) (ex 2014/CP) – Għoti ta’ għajnuna allegatament illegali lil AS Tartu Agro.

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 252 final tal 24 ta’ Jannar 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.39182 (2017/C) (ex 2017/NN) (ex 2017/NN) (ex 2014/CP)– Għoti ta’ għajnuna allegatament illegali lil AS Tartu Agro, hija annullata.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Tartu Agro, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


    (1)  ĠU C 175, 25.5.2020.


    Arriba