Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0291

Kawża T-291/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Yanukovych vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Żamma tal-isem tar-rikorrent fuq il-lista – Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz ittieħdet b’rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”)

ĠU C 207, 23.5.2022, pp. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 207, 23.5.2022, p. 24–24 (GA)

23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Yanukovych vs Il-Kunsill

(Kawża T-291/20) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Żamma tal-isem tar-rikorrent fuq il-lista - Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz ittieħdet b’rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”)

(2022/C 207/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Viktor Fedorovych Yanukovych (Rostov-na-Donou, ir-Russja) (rappreżentanti: M. Anderson, solicitor, E. Dean u J. Marjason-Stamp, barristers)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Haas, P. Mahnič, S. Van Overmeire u A. Boggio-Tomasaz, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/373 tal-5 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2020, L 71, p. 10), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/370 tal-5 ta’ Marzu 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2020, L 71, p. 1), sa fejn dawn l-atti jżommu isem ir-rikorrent fil-lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/354 tal-4 ta’ Marzu 2019, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESKdwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/352 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, huma annullati sa fejn isem Viktor Fedorovych Yanukovych inżamm fil-lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 222, 6.7.2020.


Top