EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0324

Kawża C-324/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt B vs X-Beteiligungsgesellschaft mbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2006/112/KE – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Provvista ta’ servizzi – Artikolu 63 – Eżiġibbiltà tal-VAT – Artikolu 64(1) – Kunċett ta’ “provvista li tagħti lok għal ħlasijiet suċċessivi” – Provvista ta’ darba mħallsa bin-nifs – Artikolu 90(1) – Tnaqqis tal-valur taxxabbli – Kunċett ta’ “nuqqas ta’ ħlas tal-prezz”)

ĠU C 2, 3.1.2022, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 2/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt B vs X-Beteiligungsgesellschaft mbH

(Kawża C-324/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2006/112/KE - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Provvista ta’ servizzi - Artikolu 63 - Eżiġibbiltà tal-VAT - Artikolu 64(1) - Kunċett ta’ “provvista li tagħti lok għal ħlasijiet suċċessivi” - Provvista ta’ darba mħallsa bin-nifs - Artikolu 90(1) - Tnaqqis tal-valur taxxabbli - Kunċett ta’ “nuqqas ta’ ħlas tal-prezz”)

(2022/C 2/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt B

Konvenut: X-Beteiligungsgesellschaft mbH

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 64(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li provvista ta’ servizzi ta’ darba li hija s-suġġett ta’ remunerazzjoni bi ħlas bin-nifs ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.

2)

L-Artikolu 90(1) tad-Direttiva 2006/112/KE għandu jiġi interpretat fis sens li, meta jkun hemm ftehim ta’ ħlas bin-nifs, l-assenza ta’ ħlas ta’ parti mir-remunerazzjoni qabel ma din issir eżiġibbli ma tistax tiġi kklassifikata bħala nuqqas ta’ ħlas tal-prezz, fis-sens ta’ din id dispożizzjoni, u ma tistax, minħabba dan il-fatt, tagħti lok għal tnaqqis tal-valur taxxabbli.


(1)  ĠU C 313, 21.09.2020.


Top