Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0624

    Kawża T-624/21: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2021 – Primagran vs EUIPO – Primagaz (prımagran)

    ĠU C 481, 29.11.2021, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 481/36


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2021 – Primagran vs EUIPO – Primagaz (prımagran)

    (Kawża T-624/21)

    (2021/C 481/50)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Primagran sp. z o.o. (Stegna, il-Polonja) (rappreżentant: E. Jaroszyńska-Kozłowska, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Compagnie des gaz de pétrole Primagaz (Pariġi, Franza)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “prımagran” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 051 750

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Lulju 2021 fil-Każ R 2486/2020-4

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata inkwantu ċaħdet l-appell tar-rikorrenti R 2486/2020-4 ippreżentat kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO tat-30 ta’ Ottubru 2020 dwar l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 051 750 u ordnat lil kull parti tbati l-ispejjeż tagħha stess għall-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u ta’ appell;

    tikkundanna għall-ispejjeż lill-EUIPO, u, fil-każ li l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tintervjenti fil-proċedura, lill-intervenjent.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 u tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ reformatio in pejus;

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top