EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0324

Kawża T-324/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2018 – VI.TO. vs EUIPO – Bottega (Forma ta’ flixkun kulur id-deheb)

ĠU C 259, 23.7.2018, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201807060551993972018/C 259/613242018TC25920180723MT01MTINFO_JUDICIAL20180528464611

Kawża T-324/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2018 – VI.TO. vs EUIPO – Bottega (Forma ta’ flixkun kulur id-deheb)

Top

C2592018MT4610120180528MT0061461461

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2018 – VI.TO. vs EUIPO – Bottega (Forma ta’ flixkun kulur id-deheb)

(Kawża T-324/18)

2018/C 259/61Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Vinicola Tombacco (VI.TO.) Srl (Trebaseleghe, l-Italja) (rappreżentant: L. Giove, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sandro Bottega (Colle Umberto, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni tridimensjonali (Forma ta’ flixkun kulur id-deheb) –Trade mark tal-Unjoni Nru 11 531 381

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 1036/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Evalwazzjoni żbaljata tar-raġuni għal rifjut prevista fl-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Evalwazzjoni żbaljata tar-raġuni għal rifjut prevista fl-Artikolu 7(1)(e)(i), (ii) u (iii) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Top