EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0291

Kawża C-291/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (Ir-Rumanija) fis-26 ta’ April2018 – Grup Servicii Petroliere SA vs Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor, Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili

ĠU C 259, 23.7.2018, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201807060331993582018/C 259/362912018CJC25920180723MT01MTINFO_JUDICIAL20180426262611

Kawża C-291/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (Ir-Rumanija) fis-26 ta’ April2018 – Grup Servicii Petroliere SA vs Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor, Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili

Top

C2592018MT2610120180426MT0036261261

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (Ir-Rumanija) fis-26 ta’ April2018 – Grup Servicii Petroliere SA vs Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor, Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili

(Kawża C-291/18)

2018/C 259/36Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Grup Servicii Petroliere SA

Konvenuti: Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor y Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 148(c), moqri flimkien mal-Artikolu 148(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud ( 1 ) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud tapplika, taħt ċerti kundizzjonijiet, għall-bejgħ ta’ pjattaformi għat-tħaffir offshore li kapaċi jerfgħu lilhom infushom, u tali pjattaforma taqa’ taħt il-kunċett ta’ “vapur” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, safejn din id-dispożizzjoni tirregola, skont il-Kapitolu 7 tad-direttiva, l-“[e]żenzjonijiet relatati mat-trasport internazzjonali”.

2)

F’każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda preċedenti, l-Artikolu 148(ċ), moqri flimkien mal-Artikolu 148(a) tad-Direttiva 2006/112, għandu jiġi interpretat fis-sens li kundizzjoni essenzjali għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud hija li waqt l-użu tagħha (bħala attività kummerċjali/industrijali), il-pjattaforma għat-tħaffir offshore li kapaċi terfa’ lilha nnifisha, li tkun waslet fl-ibħra internazzjonali, tibqa’ effettivament fi stat ta’ moviment, iżżomm f’wiċċ l-ilma, filwaqt li tispostja ruħha minn post għal ieħor, għal perijodu li jkun itwal minn dak li fih din tkun wieqfa jew immobbli, minħabba l-attività ta’ tħaffir fil-baħar, jiġifieri jekk l-attività ta’ navigazzjoni għandhiex tkun effettivament prevalenti meta mqabbla mal-attività ta’ tħaffir?


( 1 ) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1)

Top