EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0647

Kawża C-647/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Lille – Franza) – Adil Hassan vs Préfet du Pas-de-Calais (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (UE) Nru 604/2013 — Biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz — Proċeduri ta’ teħid ta’ inkarigu u ta’ teħid lura — Artikolu 26(1) — Adozzjoni u notifikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment qabel l-aċċettazzjoni tal-att għall-finijiet ta’ teħid lura mill-Istat Membru rikjest)

ĠU C 259, 23.7.2018, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201807060141993622018/C 259/126472016CJC25920180723MT01MTINFO_JUDICIAL2018053191022

Kawża C-647/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Lille – Franza) – Adil Hassan vs Préfet du Pas-de-Calais (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (UE) Nru 604/2013 — Biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz — Proċeduri ta’ teħid ta’ inkarigu u ta’ teħid lura — Artikolu 26(1) — Adozzjoni u notifikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment qabel l-aċċettazzjoni tal-att għall-finijiet ta’ teħid lura mill-Istat Membru rikjest)

Top

C2592018MT920120180531MT001292102

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Lille – Franza) – Adil Hassan vs Préfet du Pas-de-Calais

(Kawża C-647/16) ( 1 )

“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (UE) Nru 604/2013 — Biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz — Proċeduri ta’ teħid ta’ inkarigu u ta’ teħid lura — Artikolu 26(1) — Adozzjoni u notifikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment qabel l-aċċettazzjoni tal-att għall-finijiet ta’ teħid lura mill-Istat Membru rikjest)”

2018/C 259/12Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Lille

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Adil Hassan

Konvenut: Préfet du Pas-de-Calais

Dispożittiv

L-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru, li jitlob lil Stat Membru ieħor li jqis bħala responsabbli mill-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali b’applikazzjoni tal-kriterji stabbiliti minn dan ir-regolament, att biex jittieħed inkarigu jew jittieħed lura persuna msemmija fl-Artikolu 18(1) ta’ dak ir-regolament tadotta deċiżjoni ta’ trasferiment u tinnotifika lil dik il-persuna qabel ma l-Istat Membru rikjest ikun ta l-kunsens tiegħu espliċitu jew impliċitu għal dan l-att.


( 1 ) ĠU C 70, 6.3.2017.

Top