This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0811
Case T-811/17: Action brought on 12 December 2017 — Classic Media v EUIPO — Pirelli Tyre (CLASSIC DRIVER)
Kawża T-811/17: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2017 – Classic Media vs EUIPO – Pirelli Tyre (CLASSIC DRIVER)
Kawża T-811/17: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2017 – Classic Media vs EUIPO – Pirelli Tyre (CLASSIC DRIVER)
ĠU C 52, 12.2.2018, pp. 38–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
12.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 52/38 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2017 – Classic Media vs EUIPO – Pirelli Tyre (CLASSIC DRIVER)
(Kawża T-811/17)
(2018/C 052/50)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Classic Media AG (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Masberg, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pirelli Tyre SpA (Milano, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali “CLASSIC DRIVER” li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 108 587
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Ottubru 2017 fil-Każ R 59/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tiċħad l-oppożizzjoni, bl-ispejjeż għall-opponent. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |