This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0286
Case T-286/17: Action brought on 12 May 2017 — Yanukovych v Council
Kawża T-286/17: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2017 – Yanukovych vs Il-Kunsill
Kawża T-286/17: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2017 – Yanukovych vs Il-Kunsill
ĠU C 231, 17.7.2017, p. 38–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 231/38 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2017 – Yanukovych vs Il-Kunsill
(Kawża T-286/17)
(2017/C 231/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Oleksandr Viktorovych Yanukovych (Donetsk, l-Ukrajna) (rappreżentant: T. Beazley, QC)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381, tat-3 ta’ Marzu 2017, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017, L 58, p. 34) sa fejn din tapplika għar-rikorrent; |
— |
tannulla Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/374, tat-3 ta’ Marzu 2017, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017, L 58, p. 1), sa fejn din tapplika għar-rikorrent. |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikorrent. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kunsill ma kellux bażi legali xierqa għall-atti kkontestati.
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq li l-Kunsill wettaq użu ħażin tal-poteri tiegħu.
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq li l-Kunsill naqas mill-obbligu ta’ motivazzjoni tiegħu.
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li r-rikorrent ma jissodisfax il-kriterji meħtieġa sabiex persuna tiġi inkluża fil-lista fiż-żmien rilevanti. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq li l-Kunsill wettaq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta inkluda lir-rikorrent fil-miżuri kkontestati. Billi reġà indika lir-rikorrent, minkejja n-nuqqas ċar ta’ konnessjoni bejn “il-motivazzjoni” u l-kriterji rilevanti ta’ indikazzjoni, il-Kunsill wettaq żball manifest. |
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq li d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent ġew miksura u/jew li huwa ġie miċħud protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Fost affarijiet oħra, il-Kunsill naqas milli b’xod xieraq jikkonsulta mar-rikorrent qabel ma wettaq l-indikazzjoni mill-ġdid, u r-rikorrent ma ngħatax opportunità xierqa u ġusta sabiex jew jikkoreġi żbalji jew inkella jipproduċi informazzjoni dwar iċ-ċirkustanzi personali tiegħu. |
7. |
Is-seba motiv ibbażat fuq li d-drittijiet tar-rikorrent għall-proprjetà taħt l-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ġew miksura sa fejn, fost oħrajn, il-miżuri restrittivi jikkostitwixxu restrizzjoni mhux ġustifikata u sproporzjonata ta’ dawk id-drittijiet. |