Ce document est extrait du site web EUR-Lex
Document 62015CA0289
Case C-289/15: Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 11 January 2017 (request for a preliminary ruling from the Krajský súd v Prešove — Slovakia) — Criminal proceedings against Joszef Grundza (Reference for a preliminary ruling — Judicial cooperation in criminal matters — Framework Decision 2008/909/JHA — Article 7 — Condition of double criminality — Article 9 — Ground for non-recognition and non-enforcement based on the lack of double criminality — National of the executing State convicted in the issuing State for failure to comply with a decision issued by a public authority)
Kawża C-289/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Krajský súd v Prešove – is-Slovakkja) – proċeduri kriminali kontra Jozef Grundza (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali — Deċiżjoni Qafas 2008/909/ĠAI — Artikolu 7 — Kundizzjoni ta’ kriminalità doppja — Artikolu 9 — Raġuni għal nuqqas ta’ rikonoxximent u għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni bbażata fuq l-assenza ta’ kriminalità doppja — Ċittadin tal-Istat ta’ eżekuzzjoni kkundannat fl-Istat emittenti għal nuqqas ta’ osservanza ta’ deċiżjoni ta’ awtorità pubblika)

ĠU C 63, 27.2.2017, p. 2-3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
27.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Krajský súd v Prešove – is-Slovakkja) – proċeduri kriminali kontra Jozef Grundza
(Kawża C-289/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Qafas 2008/909/ĠAI - Artikolu 7 - Kundizzjoni ta’ kriminalità doppja - Artikolu 9 - Raġuni għal nuqqas ta’ rikonoxximent u għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni bbażata fuq l-assenza ta’ kriminalità doppja - Ċittadin tal-Istat ta’ eżekuzzjoni kkundannat fl-Istat emittenti għal nuqqas ta’ osservanza ta’ deċiżjoni ta’ awtorità pubblika))
(2017/C 063/03)
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Krajský súd v Prešove
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
Jozef Grundza
fil-preżenza ta’: Krajská prokuratúra Prešov
Dispożittiv
L-Artikolu 7(3) u l-Artikolu (9)(1)(d) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI, tas-27 ta’ Novembru 2008, dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kundizzjoni ta’ kriminalità doppja għandha titqies li hija ssodisfatta f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, meta l-elementi fattwali li huma l-bażi tar-reat, kif riflessi fis-sentenza mogħtija mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti, ikunu wkoll, bħala tali, punibbli b’sanzjoni kriminali fit-territorju tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, fil-każ li jkunu twettqu f’dan it-territorju.