EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0911
Case T-911/16: Action brought on 23 December 2016 — Wedl & Hofmann v EUIPO — Hesse (TESTA ROSSA)
Kawża T-911/16: Rikors ippreżentat fit-23 ta Diċembru 2016 – Wedl & Hofmann vs EUIPO – Hesse (TESTA ROSSA)
Kawża T-911/16: Rikors ippreżentat fit-23 ta Diċembru 2016 – Wedl & Hofmann vs EUIPO – Hesse (TESTA ROSSA)
ĠU C 53, 20.2.2017, p. 44–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 53/44 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta Diċembru 2016 – Wedl & Hofmann vs EUIPO – Hesse (TESTA ROSSA)
(Kawża T-911/16)
(2017/C 053/54)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Wedl & Hofmann GmbH (Mils/Hall in Tirol, l-Awstrija) (rappreżentant: T. Raubal, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kurt Hesse (Nürnberg, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea bl-elementi verbali “TESTA ROSSA” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 7 070 519
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 68/2016-1
Talbiet
— |
tannulla jew temenda d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ċaħdet l-appell tar-rikorrent u ddikjarat ir-revoka tat-trade mark tar-rikorrenti għall-klassijiet 7, 11, 20, ta’ partijiet mill-klassijiet 21 u 25, tal-klassi 28, ta’ partijiet mill-klassi 30, u tal-klassijiet 34 u 38 kif ukoll sa fejn din ikkonfermat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tas-17 ta’ Novembru 2015 f’dak ir-rigward (madankollu, il-parti mid-deċiżjoni kkontestata li tilqa’ l-appell tar-rikorrent tibqa’ mhux ikkontestata mir-rikorrenti); |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tar-Regola 40(5) tar-Regolament Nru 2868/95, moqri flimkien mar-Regola 22(3) u (4) tiegħu. |