Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0910

    Kawża T-910/16: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2016 – Hesse vs EUIPO – Wedl & Hofmann (TESTA ROSSA)

    ĠU C 53, 20.2.2017, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 53/44


    Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2016 – Hesse vs EUIPO – Wedl & Hofmann (TESTA ROSSA)

    (Kawża T-910/16)

    (2017/C 053/53)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Kurt Hesse (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Krogmann, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wedl & Hofmann GmbH (Mils/Hall in Tirol, l-Awstrija)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “TESTA ROSSA” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 7 070 519

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 68/2016-1

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara li t-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 7 070 519 hija rrevokata fir-rigward tal-prodotti segwenti:

    Klassi 21 — Kontenituri għal użu domestiku u għal użu fil-kċina; prodotti tal-ħġieġ, porċellana, b’mod partikolari għal fuq il-mejda; Tazzi tal-ħġieġ;

    Klassi 25 — Ħwejjeġ, b’mod partikolari fradal, qomos, flokkijiet powlo u t-shirts; Xedd ir-ras;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top