Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0880

    Kawża T-880/16: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2016 – RF vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 53, 20.2.2017, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 53/35


    Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2016 – RF vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-880/16)

    (2017/C 053/44)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Partijiet

    Rikorrenti: RF (Gdynia, il-Polonja) (rappreżentant: K. Komar-Komarowski, konsulent legali)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2016) 5925 final, tal-15 ta’ Settembru 2016, li tiċħad l-ilment fil-Każ COMP AT.40251 – Trasport bil-ferrovija, ġarr ta’ merkanzija, u tibgħat il-każ lura lill-Kummissjoni għal eżami mill-ġdid;

    tikkkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205), minħabba interpretazzjoni jew applikazzjoni mhux eżatta.

    2.

    It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 105(1) TFUE.


    Top