Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0879

    Kawża T-879/16: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2016 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Marpefa (Vieta)

    ĠU C 53, 20.2.2017, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 53/34


    Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2016 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Marpefa (Vieta)

    (Kawża T-879/16)

    (2017/C 053/43)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Sony Interactive Entertainment Europe Ltd. (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, QC)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Marpefa, SL (Barcelona, Spanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “VIETA” – Trade mark tal-Unjoni Nru 1 790 674

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 1010/2016-4

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tordna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u dawk tar-rikorrenti.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 65(6) tar-Regolament Nru 207/2009;

    Ksur tal-prinċipju ta’ kjarezza u preċiżjoni tat-termini tat-trade mark.


    Top