Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0877

    Kawża T-877/16: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2016 – Verschuur vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 53, 20.2.2017, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 53/34


    Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2016 – Verschuur vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-877/16)

    (2017/C 053/42)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Steven Verschuur (Baarn, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentat: P. Kreijger, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6455 finali, tat-3 ta’ Ottubru 2016, li tiċħad it-talba kofermattiva (1) għal aċċess għal dokumenti taħt ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (2) (GESTDEM 2015/3732); u

    tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 dwar il-protezzjoni tal-iskop ta’ investigazzjonijiet, u b’hekk wettqet ukoll żball manifest ta’ fatt.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 dwar il-protezzjoni tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, u b’hekk tat ukoll motivazzjoni insuffiċjenti.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ persuna legali, u l-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar l-obbligu tal-istituzzjoni li tagħti aċċess parzjali meta partijiet biss ta’ dokument huma koperti minn eċċezzjoni waħda jew iktar, u b’hekk tat ukoll motivazzjoni insuffiċjenti.


    (1)  Applikazzjoni għal aċċess għal ċerti dokumenti relatati mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Ottubru 2015, fil-Każ SA.38374, għajnuna mill-Istat implementata mill-Pajjiżi l-Baxxi lil Starbucks.

    (2)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


    Top