This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0846
Case T-846/16: Action brought on 30 November 2016 — QF v Commission
Kawża T-846/16: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2016 – QF vs Il-Kummissjoni
Kawża T-846/16: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2016 – QF vs Il-Kummissjoni
ĠU C 53, 20.2.2017, p. 31–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 53/31 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2016 – QF vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-846/16)
(2017/C 053/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: QF (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: L. Ruiz Ezquerra, R. Oncina Borrego, I. Sobrepera Millet u A. Hernández Pardo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tikkonstata li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Lulju 2016, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.29769 (2013/C) (ex 2013/NN), mogħtija minn Spanja favur ċerti klabbs tal-futbol, tikser l-Artikoli 107(1) u 108(3) TFUE, peress li l-possibbiltà ta’ konsolidazzjoni tal-kontijiet, ikkawżata mill-awtorizzazzjoni mogħtija lil erba’ klabbs sabiex jipparteċipaw f’diversi dixxiplini mil-Liġi 10/1990, kif ukoll l-applikazzjoni ta’ rata ta’ taxxa mnaqqsa tat-taxxa fuq il-kumpanniji, hija fiha nnifisha wkoll għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern, u l-Kummissjoni kellha tikkonstata dan. |
— |
konsegwentement, tannulla l-miżura u tobbliga lir-Renju ta’ Spanja sabiex jirkupra l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern mingħand il-benefiċjarji tagħha. Tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huwa dawk invokati fil-Kawża T-845/16, QG vs Il-Kummissjoni.