Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0845

    Kawża T-845/16: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2016 – QG vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 53, 20.2.2017, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 53/30


    Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2016 – QG vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-845/16)

    (2017/C 053/37)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: QG (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: L. Ruiz Ezquerra, R. Oncina Borrego, I. Sobrepera Millet u A. Hernández Pardo, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tikkonstata li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Lulju 2016, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.29769 (2013/C) (ex 2013/NN), mogħtija minn Spanja favur ċerti klabbs tal-futbol, tikser l-Artikoli 107(1) u 108(3) TFUE, peress li l-possibbiltà ta’ konsolidazzjoni tal-kontijiet, ikkawżata mill-awtorizzazzjoni mogħtija lil erba’ klabbs sabiex jipparteċipaw f’diversi dixxiplini mil-Liġi 10/1990, kif ukoll l-applikazzjoni ta’ rata ta’ taxxa mnaqqsa tat-taxxa fuq il-kumpanniji, hija fiha nnifisha wkoll għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern, u l-Kummissjoni kellha tikkonstata dan.

    konsegwentement, tannulla l-miżura u tobbliga lir-Renju ta’ Spanja sabiex jirkupra l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern mingħand il-benefiċjarji tagħha. Tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jallega l-ksur tal-Artikolu 107(1) u tal-Artikolu 108(3) TFUE.

    Ir-rikorrent, klabb tal-basketball, approva l-att ikkontestat, sa fejn il-Kummissjoni kkunsidrat il-miżura introdotta mil-Liġi 10/1990, li permezz tagħha ċerti klabbs tal-futbol jingħataw trattament preferenzjali fit-taxxa fuq il-kumpanniji permezz ta’ rata ta’ taxxa mnaqqsa, hija għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern.

    Ir-rikorrent madankollu jqis li l-Kummissjoni kellha tasal għall-istess konklużjoni dwar il-privileġġ fiskali, li huwa mogħti wkoll mil-Liġi 10/1990 u li jikkonsisti f’li jippermetti lil dawn l-istess klabbs li jieħdu sehem f’diversi dixxiplini sportivi.

    Huwa biss il-klabbs li jistgħu jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet professjonali f’diversi dixxiplini sportivi li jistgħu jikkonsolidaw il-kontijiet relatati mal-dixxiplini tal-futbol u l-basketball, l-isports ewlenin fil-livell Ewropew, b’impatt dirett fuq il-kalkolu tal-bażi taxxabbli tat-taxxa fuq il-kumpanniji. Fil-fatt, il-konsolidazzjoni tal-kontijiet tippermetti li jinaqqas id-dħul sinjifikattiv għall-futbol bit-telf relatat mal-basketball, b’tali mod li l-bażi taxxabbli tat-taxxa fuq il-kumpanniji tkun imnaqqsa sostanzjalment, l-istess bħall-ammont tat-taxxa dovut.


    Top