Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0699

    Kawża T-699/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Jannar 2017 – Topps Europe vs Il-Kummissjoni [“Kompetizzjoni — Akkordji — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Għoti ta’ liċenzji tad – drittijiet tal – proprjetà intellettwali relatati ma’ oġġetti kollezzjonabbli relatati mal – futbol — Deċiżjoni li tiċħad ilment — Aċċess għall-fajl — Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Suq rilevanti — Liċenzja esklużiva — Monomarkiżmu — Prezzijiet eċċessivi”]

    ĠU C 53, 20.2.2017, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 53/28


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Jannar 2017 – Topps Europe vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-699/14) (1)

    ([“Kompetizzjoni - Akkordji - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Għoti ta’ liċenzji tad – drittijiet tal – proprjetà intellettwali relatati ma’ oġġetti kollezzjonabbli relatati mal – futbol - Deċiżjoni li tiċħad ilment - Aċċess għall-fajl - Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Suq rilevanti - Liċenzja esklużiva - Monomarkiżmu - Prezzijiet eċċessivi”])

    (2017/C 053/34)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Topps Europe Ltd (Milton Keynes, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment R. Vidal, A. Penny, solicitors u B. Kennelly, QC, sussegwentement R. Subiotto, QC, u A. Cleenewerck de Crayencour, avukat u sussegwentement minn T. de la Mare, QC)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Jimeno Fernández u M. Farley, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Fédération internationale de football association (FIFA) (Zurich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Barav u D. Reymond, avukati) u Panini SpA (Modena, l-Italja) (rappreżentanti: F. Wijckmans, F. Tuytschaever u M. Varga, avukati)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża sabiex tiġi annullata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 5123 finali, tal-15 ta’ Lulju 2014, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti fil-Każ AT.39899 – Għoti ta’ liċenzji tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għal oġġetti kollezzjonabbli relatati mal-futbol.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Topps Europe Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, il-Fédération internationale de football association (FIFA) u Panini Spa.


    (1)  ĠU C 448, 15.12.2014.


    Top