Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0663

    Kawża C-663/16 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2016 minn Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH u Ecolab Deutschland GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-12 ta’ Ottubru 2016 fil-Kawża T-669/15, Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH u Ecolab Deutschland GmbH vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

    ĠU C 53, 20.2.2017, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 53/25


    Appell ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2016 minn Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH u Ecolab Deutschland GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-12 ta’ Ottubru 2016 fil-Kawża T-669/15, Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH u Ecolab Deutschland GmbH vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

    (Kawża C-663/16 P)

    (2017/C 053/31)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH, Ecolab Deutschland GmbH (rappreżentati: M. Grunchard, K. Van Maldegem, P. Sellar, avukati)

    Parti l-oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

    Talbiet

    tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-669/15; u

    tiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà u tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex tagħti deċiżjoni fuq il-mertu tal-każ;

    sussidjarjament, tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà tal-appell imressaq mill-appellanti għall-annullament tal-att ikkontestat; u, kif xieraq, tagħti deċiżjoni fuq il-mertu tal-każ;

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura (inklużi l-ispejjeż relatati mal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà quddiem il-Qorti Ġenerali).

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali interpretat u applikat il-liġi b’mod żbaljat, li wassalha sabiex twettaq żball ta’ liġi meta ddikjarat inammissibbli l-appell imressaq mill-appellanti għall-annullament tal-att ikkontestat.

    B’mod partikolari, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji fil-motivazzjoni u fl-interpretazzjoni tagħha tal-kuntest legali applikabbli għas-sitwazzjoni tal-appellanti. Dan wassal lill-Qorti Ġenerali tagħmel l-iżbalji ta’ liġi li ġejjin:

    il-Qorti Ġenerali għamlet interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 130(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, inkwantu daħlet fil-mertu tal-kawża;

    il-Qorti Ġenerali għamlet interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 130(7) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, inkwantu naqset milli teddeċiedi dwar l-ammissibbiltà sakemm tkun semgħet l-argumenti kollha magħmula fuq il-mertu tal-każ.

    Barra minn hekk, bid-dikjarazzjoni tagħha li l-appell tal-appellanti kien inammissibbli, il-Qorti Ġenerali kisret id-drittijiet tad-difiża tal-appellanti, id-dritt tagħhom għal aċċess għall-ġustizzja u d-dmir ta’ motivazzjoni li jaqgħu taħt id-drittijiet fundamentali tal-individwi u, għalhekk, jirriflettu prinċipji ġenerali ta’ dritt tal-Unjoni Ewropea.

    Għal dawn ir-raġunijiet, l-appellanti jitolbu li d-digriet tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-669/15 jiġi annullat u li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà u tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex tagħti deċiżjoni fuq il-mertu tal-każ.


    Top