EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0570

Kawża C-570/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Germanja) fl-10 ta’ Novembru 2016 – Volker Willmeroth bħala proprjetarju tal-impriża TWI Technische Wartung und Instandsetzung Volker Willmeroth e. K. vs Martina Broßonn

ĠU C 53, 20.2.2017, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Germanja) fl-10 ta’ Novembru 2016 – Volker Willmeroth bħala proprjetarju tal-impriża TWI Technische Wartung und Instandsetzung Volker Willmeroth e. K. vs Martina Broßonn

(Kawża C-570/16)

(2017/C 053/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Volker Willmeroth bħala proprjetarju tal-impriża TWI Technische Wartung und Instandsetzung Volker Willmeroth e. K.

Konvenuta: Martina Broßonn

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1) jew l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jagħtu lill-eredi ta’ ħaddiem li miet waqt li kien għadu attiv, il-benefiċċju ta’ kumpens finanzjarju għal-leave annwali minimu li kellu dritt għalih il-ħaddiem qabel il-mewt tiegħu, benefiċċju dan li, skont l-Artikolu 7(4) tal-Bundesurlaubsgesetz (Liġi Federali dwar il-leave, BUrlG) moqri flimkien mal-Artikolu 1922(1) tal-Bürgerliches Gesetzbuch (Kodiċi Ċivili, BGB), huwa eskluż?

2)

Jekk l-ewwel domanda għandha tingħata risposta fl-affermattiv:

Dan japplika wkoll fil-każ fejn ir-relazzjoni ta’ xogħol kienet torbot żewġ individwi?


(1)  ĠU L 299, p. 9.


Top