Изберете експерименталните функции, които искате да изпробвате

Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.

Документ 62015CA0272

    Kawża C-272/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit) – Swiss International Air Lines AG vs The Secretary of State for Energy and Climate Change, Environment Agency (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra — Obbligu ta’ restituzzjoni tal-kwoti ta’ emissjonijiet li jirriżultaw minn titjiriet bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u l-parti l-kbira tal-pajjiżi terzi — Deċiżjoni Nru 377/2013/UE — Artikolu 1 — Deroga temporanja — Esklużjoni tat-titjiriet lejn u minn ajruporti li jinsabu fl-Isvizzera — Differenza fit-trattament bejn Stati terzi — Prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament — Inapplikabbiltà)

    ĠU C 53, 20.2.2017г., стр. 12—12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 53/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit) – Swiss International Air Lines AG vs The Secretary of State for Energy and Climate Change, Environment Agency

    (Kawża C-272/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Obbligu ta’ restituzzjoni tal-kwoti ta’ emissjonijiet li jirriżultaw minn titjiriet bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u l-parti l-kbira tal-pajjiżi terzi - Deċiżjoni Nru 377/2013/UE - Artikolu 1 - Deroga temporanja - Esklużjoni tat-titjiriet lejn u minn ajruporti li jinsabu fl-Isvizzera - Differenza fit-trattament bejn Stati terzi - Prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament - Inapplikabbiltà))

    (2017/C 053/14)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Swiss International Air Lines AG

    Konvenuti: The Secretary of State for Energy and Climate Change, Environment Agency

    Dispożittiv

    L-eżami fir-rigward tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tad-Deċiżjoni Nru 377/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ April 2013, għal deroga temporanja mid-Direttiva 2003/87/KE, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, ma żvela ebda element li jista’ jaffettwa l-validità ta’ din id-deċiżjoni, sa fejn id-deroga temporanja li jipprevedi l-Artikolu 1 tagħha għar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 12(2a) u mill-Artikolu 16 tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, kif emendata bid-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, f’dak li jikkonċerna r-restituzzjoni tal-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għat-titjiriet operati matul l-2012 bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-parti l-kbira tal-pajjiżi terzi, ma tapplikax, b’mod partikolari, għat-titjiriet minn jew lejn ajruporti li jinsabu fl-Isvizzera.


    (1)  ĠU C 279, 24.08.2015.


    Нагоре