Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0076

    Kawża C-76/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Grondwettelijk Hof – il-Belġju) – Paul Vervloet et vs Ministerraad Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna implementata mir-Renju tal-Belġju favur il-kooperattivi finanzjarji tal-grupp ARCO — Skemi ta’ garanzija għal depożiti — Direttiva 94/19/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Skema ta’ garanzija li tipproteġi l-ishma tas-soċji, persuni fiżiċi, tal-kooperattivi attivi fis-settur finanzjarju — Esklużjoni — Artikoli 107 u 108 TFUE — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern

    ĠU C 53, 20.2.2017, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 53/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Grondwettelijk Hof – il-Belġju) – Paul Vervloet et vs Ministerraad

    (Kawża C-76/15) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna implementata mir-Renju tal-Belġju favur il-kooperattivi finanzjarji tal-grupp ARCO - Skemi ta’ garanzija għal depożiti - Direttiva 94/19/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Skema ta’ garanzija li tipproteġi l-ishma tas-soċji, persuni fiżiċi, tal-kooperattivi attivi fis-settur finanzjarju - Esklużjoni - Artikoli 107 u 108 TFUE - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern)

    (2017/C 053/07)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Grondwettelijk Hof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Paul Vervloet, Marc De Wit, Edgard Timperman, Godelieve Van Braekel, Patrick Beckx, Marc De Schryver, Guy Deneire, Steve Van Hoof, Organisme voor de financiering van pensioenen Ogeo Fund, Gemeente Schaarbeek, Frédéric Ensch Famenne

    Konvenut: Ministerraad

    Fil-preżenza ta’: Arcofin CVBA, Arcopar CVBA, Arcoplus CVBA

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 1994, dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti, kif emendata permezz tad-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-9 ta’ Marzu 2005, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jeżiġux li l-Istati Membri jadottaw skema ta’ garanzija għall-ishma ta’ kooperattivi awtorizzati attivi fis-settur finanzjarju, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u lanqas ma jipprekludu li Stat Membru jadotta tali skema, sakemm din l-iskema ma tikkompromettix l-effikaċja prattika tal-iskema ta’ garanzija għal depożiti li din id-direttiva tobbliga lill-Istati Membri jistabbilixxu, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, u sakemm l-imsemmija skema tkun konformi mat-Trattat FUE, b’mod partikolari l-Artikoli 107 u 108 TFUE.

    2)

    L-eżami tad-domandi preliminari magħmula mill-Grondwettelijk Hof (qorti kostituzzjonali, il-Belġju) ma żvela l-ebda element ta’ natura tali li jaffettwa l-validità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/686/UE, tat-3 ta’ Lulju 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33927 (12/C) (ex 11/NN) implimentata mill-Belġju – Skema ta’ garanzija li tipproteġi l-ishma ta’ membri individwali ta’ kooperattivi finanzjarji.

    3)

    L-Artikolu 108(3) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi skema ta’ garanzija bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn din tal-aħħar tkun ġiet implementata bi ksur tal-obbligi li jirriżultaw minn din id-dispożizzjoni.


    (1)  ĠU C 171, 26.5.2015.


    Top