Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0020

    Kawżi magħquda C-20/15 P u C-21/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs World Duty Free Group SA, li kienet Autogrill España SA (C-20/15 P), Banco Santander SA, Santusa Holding SL (C-21/15 P) (Appell — Għajnuna mill-Istat — Artikolu 107(1) TFUE — Sistema fiskali — Taxxa fuq il-kumpanniji — Tnaqqis — Amortizzazzjoni tal-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma ta’ mill-inqas 5 % minn impriżi fiskalment domiċiljati fi Spanja f’impriżi fiskalment domiċiljati barra minn dan l-Istat Membru — Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” — Kundizzjoni dwar is-selettività)

    ĠU C 53, 20.2.2017, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 53/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs World Duty Free Group SA, li kienet Autogrill España SA (C-20/15 P), Banco Santander SA, Santusa Holding SL (C-21/15 P)

    (Kawżi magħquda C-20/15 P u C-21/15 P) (1)

    ((Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Sistema fiskali - Taxxa fuq il-kumpanniji - Tnaqqis - Amortizzazzjoni tal-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma ta’ mill-inqas 5 % minn impriżi fiskalment domiċiljati fi Spanja f’impriżi fiskalment domiċiljati barra minn dan l-Istat Membru - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Kundizzjoni dwar is-selettività))

    (2017/C 053/05)

    Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

    Partijiet

    Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, B. Stromsky, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)

    Partijiet oħra fil-proċedura: World Duty Free Group SA, li kienet Autogrill España, SA (C-20/15 P), Banco Santander SA, Santusa Holding SL (C-21/15 P) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro u R. Calvo Salinero, avukati)

    Partijiet intervenjenti insostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u K. Petersen, aġenti), L-Irlanda (rappreżentanti: G. Hodge u E. Creedon, aġenti, assistiti minn B. Doherty, barrister, u minn A. Goodman, barrister), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. A. Sampol Pucurull, aġent)

    Dispożittiv

    1)

    Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tas-7 ta’ Novembru 2014, Autogrill España vs Il-Kummissjoni (T-219/10, EU:T:2014:939), kif ukoll tas-7 ta’ Novembru 2014, Banco Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni (T-399/11, EU:T:2014:938), huma annullati.

    2)

    Il-kawżi huma rrinvijati quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

    3)

    L-ispejjeż huma rriżervati.

    4)

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 81, 9.3.2015.


    Top