Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FB0061

    Kawża F-61/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2016 – Stepien u Animali vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni nazzjonali — Proposti ta’ akkredizzjoni ta’ snin ta’ servizz — Att li ma jikkawżax preġudizzju — Inammissibbiltà tar-rikors — Talba sabiex tingħata deċiżjoni mingħajr ma jiġi ddibattut il-mertu — Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura)

    ĠU C 410, 7.11.2016, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.11.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 410/38


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2016 – Stepien u Animali vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-61/12) (1)

    ((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni nazzjonali - Proposti ta’ akkredizzjoni ta’ snin ta’ servizz - Att li ma jikkawżax preġudizzju - Inammissibbiltà tar-rikors - Talba sabiex tingħata deċiżjoni mingħajr ma jiġi ddibattut il-mertu - Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura))

    (2016/C 410/68)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Beata Stepien (Brussell, il-Belġju) u Mario Animali (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment D. de Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati, sussegwentement D. de Abreu Caldas, J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati, sussegwentement J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati, finalment J.-N. Louis, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Baquero Cruz u D. Martin, aġenti, sussegwentement J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement G. Gattinara, aġent, finalment G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

    Suġġett tal-kawża

    Talba għall-annullament tal-proposti ta’ trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz fi ħdan il-Kummissjoni fuq il-bażi tal-kalkolu li jieħu inkunsiderazzjoni d-DĠE l-ġodda li daħlu fis-seħħ wara t-talbiet ta’ trasferiment tal-partijiet rikorrenti.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Beata Stepien u Mario Animali għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u huma kkundannati jbatu l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 227, 28.7.2012, p. 38


    Top