Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0444

    Kawża C-444/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Mons (il-Belġju) fit-8 ta’ Awwissu 2016 – Immo Chiaradia SPRL vs L-Istat Belġjan

    ĠU C 410, 7.11.2016, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.11.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 410/5


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Mons (il-Belġju) fit-8 ta’ Awwissu 2016 – Immo Chiaradia SPRL vs L-Istat Belġjan

    (Kawża C-444/16)

    (2016/C 410/05)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour d’appel de Mons

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Immo Chiaradia SPRL

    Konvenut: L-Istat Belġjan

    Domanda preliminari

    Huwa kompatibbli mar-regoli rigward il-karta tal-bilanċ previsti fir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill, tal-25 ta’ Lulju 1978, ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (Direttiva 78/660/KEE, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 21), regoli li jipprovdu li:

    il-kontijiet annwali għandhom jagħtu stampa vera tal-attiv, tal-pożizzjoni finanzjarja u tal-qligħ jew telf tal-kumpannija (Artikolu 2(3) tad-Direttiva);

    il-provvedimenti għal passiv u spejjeż huma maħsuba biex ikopru telf jew djun li n-natura tagħhom hija mfissra b’mod ċar u li fid-data tal-karta tal-bilanċ jidher li jew aktarx li għandhom isiru, jew hemm ċertezza li għandhom isiru iżda mhux fir-rigward tal-ammont tagħhom jew id-data li fiha huma ser iseħħu (Artikolu 20(1) tad-Direttiva);

    il-prinċipju ta’ prudenza għandu fi kwalunkwe każ jiġi osservat u b’mod partikolari:

    profitti biss magħmula fid-data tal-karta tal-bilanċ jistgħu jkunu magħduda;

    għandu jittieħed kont tal-passiv kollu tal-futur qrib u telf potenzjali li jinħolqu fil-kors tas-sena finanzjarja kkonċernata jew ta’ waħda ta’ qabel, anki jekk dawn il-passiv jew telf isiru evidenti biss bejn id-data tal-karta tal-bilanċ u d-data li fiha hija titfassal (Artikolu 31(1)(ċ)(aa) u (bb) tad-Direttiva);

    għandu jittieħed kont tad-dħul u l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu mas-sena finanzjarja, irrispettivament mid-data ta’ meta dawn id-dħul jew spejjeż ikunu riċevuti jew imħallsa (Artikolu 31(1)(d) tad-Direttiva);

    il-komponenti ta’ entraturi tal-attiv u l-passiv għandhom jiġu vvalutati separatament (Artikolu 31(1)(e) tad-Direttiva);

    li kumpannija li toħroġ għażla fuq l-azzjonijiet tista’ tirreġistra bħala dħul il-prezz tat-trasferiment tal-imsemmija għażla matul is-sena finanzjarja meta l-imsemmija għażla tittieħed jew fi tmiem il-perijodu ta’ validità tagħha sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni r-riskju li ġġarrab il-persuna li toħroġ l-għażla b’riżultat tal-impenn li hija tieħu jew minflok matul is-sena finanzjarja meta t-trasferiment tal-għażla jitwettaq u l-prezz tiegħu jkun definittivament stabbilit, fejn ir-riskju mġarrab mill-persuna li toħroġ l-għażla jkun ivvalutat separatament bir-reġistrazzjoni ta’ provvediment?


    Top