Alegeți funcționalitățile experimentale pe care doriți să le testați

Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex

Document 62016TN0345

Kawża T-345/16: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2016 – Blackmore vs EUIPO – Paice (DEEP PURPLE)

ĠU C 314, 29.8.2016, pp. 29-30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/29


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2016 – Blackmore vs EUIPO – Paice (DEEP PURPLE)

(Kawża T-345/16)

(2016/C 314/40)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Richard Hugh Blackmore (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Edwards-Stuart, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ian Paice (Londra, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “DEEP PURPLE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 772 721

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 880/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tilqa’ l-appell

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent fil-kuntest ta’ dan l-appell.

Motivi invokati

Il-Bord tal-Appell żbalja meta ammetta l-prova prodotta fil-5 ta’ Novembru 2014;

Il-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li kien hemm prova suffiċjenti ta’ xi valur ta’ twillija fuq il-bażi tal-prova li ġiet prodotta fil-ħin;

Il-Bord tal-Appell żbalja meta qies li l-prova kienet suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit li l-parti li qed topponi kellha dritt għal sehem f’xi valur ta’ twillija.


Sus