Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0384

Kawża C-384/16 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2016 minn European Union Copper Task Force mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-27 ta’ April 2016 fil-Kawża T-310/15, European Union Copper Task Force vs Il-Kummissjoni Ewropea

ĠU C 314, 29.8.2016, pp. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/15


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2016 minn European Union Copper Task Force mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-27 ta’ April 2016 fil-Kawża T-310/15, European Union Copper Task Force vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-384/16 P)

(2016/C 314/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: European Union Copper Task Force (rappreżentanti: C. Fernández Vicién, I. Moreno-Tapia Rivas, C. Vila Gisbert, abogadas)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-digriet tat-Tielet Awla tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tas-27 ta’ April 2016, fil-Kawża C-310/15, European Union Copper Task Force vs Il-Kummissjoni Ewropea.

tiddikjara l-ammissibbiltà tar-rikors għal annullament ippreżentat mill-European Copper Task Force kontra r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408.

tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għal deċiżjoni.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/408 (1) huwa att regolatorju li jinvolvi miżuri ta’ implementazzjoni fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.

2.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li ċ-ċaħda tar-rikors tal-EUCuTF ma kinitx ser tippreġudika d-dritt tagħha u tal-membri tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

3.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li l-EUCuTF u l-membri tagħha ma kinux affettwati individwalment mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/408.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408, tal-11 ta’ Marzu 2015, dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta’ kandidati għas-sostituzzjoni. ĠU L 67,p. 18


Top