Izberite preskusne funkcije, ki jih želite preveriti.

Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.

Dokument 62015CA0419

Kawża C-419/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Thomas Philipps GmbH & Co. KG vs Grüne Welle Vertriebs GmbH [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali — Disinni Komunitarji — Regolament (KE) Nru 6/2002 — Artikoli 32 u 33 — Liċenzja — Reġistru ta’ disinni Komunitarji — Dritt tal-persuna liċenzjata li tressaq azzjoni għal vjolazzjoni minkejja n-nuqqas ta’ iskrizzjoni tal-liċenzja fir-reġistru — Dritt tal-persuna liċenzjata li tressaq azzjoni għal vjolazzjoni bil-għan li tikseb kumpens għad-dannu mġarrab minnha]

ĠU C 314, 29.8.2016, str. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Thomas Philipps GmbH & Co. KG vs Grüne Welle Vertriebs GmbH

(Kawża C-419/15) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Disinni Komunitarji - Regolament (KE) Nru 6/2002 - Artikoli 32 u 33 - Liċenzja - Reġistru ta’ disinni Komunitarji - Dritt tal-persuna liċenzjata li tressaq azzjoni għal vjolazzjoni minkejja n-nuqqas ta’ iskrizzjoni tal-liċenzja fir-reġistru - Dritt tal-persuna liċenzjata li tressaq azzjoni għal vjolazzjoni bil-għan li tikseb kumpens għad-dannu mġarrab minnha])

(2016/C 314/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Thomas Philipps GmbH & Co. KG

Konvenuta: Grüne Welle Vertriebs GmbH

Dispożittiv

1)

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 33(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-persuna liċenzjata tista’ tressaq azzjoni għal vjolazzjoni ta’ disinn Komunitarju rreġistrat li jkun is-suġġett tal-liċenzja minkejja li dan tal-aħħar ma jkunx irreġistrat fir-reġistru ta’ disinni Komunitarji.

2)

L-Artikolu 32(3) tar-Regolament Nru 6/2002 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuna liċenzjata tista’, fil-kuntest ta’ azzjoni għal vjolazzjoni ta’ disinn Komunitarju mibdija minnha konformement ma’ din id-dispożizzjoni, tagħmel talba għal kumpens għad-dannu mġarrab minnha.


(1)  ĠU C 346, 19.10.2015.


Na vrh