Ce document est extrait du site web EUR-Lex
Document 62015TN0729
Case T-729/15: Action brought on 17 December 2015 — MSD Animal Health Innovation and Intervet international v EMA
Kawża T-729/15: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2015 – MSD Animal Health Innovation u Intervet international vs EMA
Kawża T-729/15: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2015 – MSD Animal Health Innovation u Intervet international vs EMA
ĠU C 59, 15.2.2016, p. 41-42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
15.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 59/41 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2015 – MSD Animal Health Innovation u Intervet international vs EMA
(Kawża T-729/15)
(2016/C 059/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: MSD Animal Health Innovation GmbH (Schwabenheim, il-Ġermanja) u Intervet international BV (Boxmeer, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. Stratford, QC, C. Thomas, Barrister, P. Bogaert, avukat, B. Kelly u H. Billson, Solicitors)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-EMA tal-25 ta’ Novembru 2015, ikkomunikata lir-rikorrenti fit-3 ta’ Diċembru 2015, li tagħti aċċess lil terz għall-informazzjoni dwar prodott mediċinali veterinarju skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), sa fejn id-deċiżjoni tikkonċerna informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali li l-iżvelar tagħha tippreġudika d-drittijiet tar-rikorrenti u sa fejn id-deċiżjoni hija pprojbita mid-dritt tal-UE; |
|
— |
tikkundanna lill-EMA għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, li jallega li d-dokumenti inkwistjoni huma protetti mill-Artikolu 4(2) u/jew l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 skont preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità. |
|
2. |
It-tieni motiv, li jallega li d-dokumenti inkwistjoni kollha kemm huma jikkostitwixxu informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali li hija protetta mill-Artikolu 4(2) tal-imsemmi regolament. |
|
3. |
It-tielet motiv, li jallega li l-iżvelar tad-dokumenti jippreġudika l-proċess deċiżjonali tal-EMA. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv, li jallega li l-EMA naqset milli twettaq eżerċizzju ta’ bbilanċar kif mitlub mil-liġi. |
|
5. |
Il-ħames motiv, li jallega li l-eżitu ta’ eżerċizzju korrett ta’ bbilanċar, kif mitlub mil-liġi, kien ikun li ma tiġi żvelata l-ebda parti tad-dokumenti, jew almenu deċiżjoni li tilqa’ l-bidliet proposti mir-rikorrenti. |