This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0569
Case T-569/15: Action brought on 25 September 2015 — Fondazione Casamica v Commission and EASME
Kawża T-569/15: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 – Fondazione Casamica vs Il-Kummissjoni u EASME
Kawża T-569/15: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 – Fondazione Casamica vs Il-Kummissjoni u EASME
ĠU C 398, 30.11.2015, p. 69–70
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/69 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 – Fondazione Casamica vs Il-Kummissjoni u EASME
(Kawża T-569/15)
(2015/C 398/83)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Fondazione Casamica (Salerno, l-Italja) (rappreżentant: M. Lamberti, avukat)
Konvenuti: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME), Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla l-att ikkontestat: Results of the evaluation – Ineligible proposal. Proposal: A4A, 699442, Deċiżjoni bir-referenza Ares (2015)3187639 adottata mill-Kummissjoni Ewropea, Easme Executive Agency for Small and Medium-Sized Enterprises, sa fejn huwa illegali għar-raġunijiet indikati; |
— |
tiddikjara li l-proposta ta’ parteċipazzjoni nru: A4A, 699442, akronimu A4A, titolu: Archeology 4 All hija ammissibbli u tippermetti lir-rikorrenti u lis-sieħba tagħha jipparteċipaw fis-sejħa fil-kuntest tal-korsorzju li ġie fformat għal dan l-għan. |
Motivi u argumenti prinċipali
Is-sejħa għal proposta li hija s-suġġett ta’ dan ir-rikors għandha l-għan li toħloq, tistruttura u tiżviluppa mudell ta’ turiżmu aċċessibbli li, wara li jidentifika d-diffikultajiet marbuta mad-diżabbiltajiet tat-turisti, jegħlibhom permezz ta’ prototip li jkun soluzzjoni applikabbli u li mbagħad ikun jista’ jiġi propost mill-ġdid f’kull sit ta’ interess kulturali u arkeoloġiku.
Il-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà sabiex jiġi ppreżentat proġett kienu jipprevedu, minbarra esperjenza speċjalizzata u kkonsolidata fiż-żmien fis-settur ikkonċernat, u l-parteċipazzjoni ta’ persuna ġuridika marbuta fil-qrib mal-għanijiet tal-proposta, il-preżenza ta’ awtorità tal-amministrazzjoni pubblika nazzjonali, reġjonali jew lokali.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, rigward l-ammissibbiltà tal-proposta
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq in-natura ġuridika tas-sieħeb Supraintendenza Skont l-organizzazzjoni tad-direttorati ġenerali tal-ministeru, prevista permezz tad-digriet tal-president tal-Kunsill tal-ministri Nru 171, tad-29 ta’ Awwissu 2014, is-supraintendenzi huma direttorati lokali li n-natura, il-forma ġuridika u l-funzjoni tagħhom jitnisslu u huma parti instrinsika mill-istruttura ġuridika u amministrattiva tal-ministeru: huma ma humiex iddelegati mill-ministeru u ma jistgħux jitqiesu li huma korpi li jaġixxu b’delega ta’ awtorità amministrattiva. |