Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0214

    Kawża T-214/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2015 – Novartis/UASI – Meda (Zymara)

    ĠU C 205, 22.6.2015, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.6.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 205/40


    Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2015 – Novartis/UASI – Meda (Zymara)

    (Kawża T-214/15)

    (2015/C 205/53)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Meda AB (Solna, l-Isvezja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

    Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “Zymara” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 982 745

    Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Frar 2015, fil-Każ R 550/2014-5

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Il-Bord tal-Appell interpreta ħażin il-prodotti li huma “preparazzjonijiet farmaċewtiċi, b’mod partikolari preparazzjonijiet għall-kura tal-kanċer”;

    Il-Bord tal-Appell żbalja meta bbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq regoli ortografiċi li ma jeżistux;

    Il-Bord tal-Appell injora argumenti mressqa fir-rigward tal-paragun tas-sinjali u, għalhekk, żbalja meta ddeċieda li s-sinjali għandhom biss livell baxx ta’ xebh fonetiku;

    Il-Bord tal-Appell ta wisq importanza lill-bidu tal-kliem fil-kuntest tal-paragun viżiv.


    Top