Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0383

Kawża T-383/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2015 – Chatzianagnostou vs Il-Kunsill et (“Rikors għal annullament — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Espert nazzjonali ssekondat mal-missjoni Eulex Kosovo — Deċiżjonijiet ta’ kap ta’ missjoni dwar sanzjonijiet dixxiplinari”)

ĠU C 205, 22.6.2015, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2015 – Chatzianagnostou vs Il-Kunsill et

(Kawża T-383/13) (1)

((“Rikors għal annullament - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Espert nazzjonali ssekondat mal-missjoni Eulex Kosovo - Deċiżjonijiet ta’ kap ta’ missjoni dwar sanzjonijiet dixxiplinari”))

(2015/C 205/41)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Antonios Chatzianagnostou (Serres, il-Ġreċja) (rappreżentant: C. Makris, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Kyriakopoulou, A. Vitro u M. Bauer, aġenti); Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, A.-C. Simon u M. Konstantinidis, aġenti); u Eulex Kosovo (Pristina, il-Kosovo) (rappreżentanti: B. Borchardt, aġent, assistit minn D. Fouquet, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-10 ta’ Mejju 2013 fil-każijiet dixxiplinari Nri 02/2013 u 06/2013, iffirmati mill-kap tal-missjoni Eulex Kosovo.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inamissibbli.

2)

Antonios Chatzianagnostou għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, mill-Kummissjoni Ewropea u minn Eulex Kosovo.


(1)  ĠU C 313, 26.10.2013.


Top