Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0114

Kawża C-114/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal- 21 ta April 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja [“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Taxxa fuq il-valur miżjud — Is-Sitt Direttiva 77/388/KEE — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 132(1)(a) u 135(1)(h) — Eżenzjonijiet — Servizzi postali pubbliċi — Bolli — Direttiva 97/67/KE”]

ĠU C 205, 22.6.2015, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal- 21 ta April 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja

(Kawża C-114/14) (1)

([“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Taxxa fuq il-valur miżjud - Is-Sitt Direttiva 77/388/KEE - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 132(1)(a) u 135(1)(h) - Eżenzjonijiet - Servizzi postali pubbliċi - Bolli - Direttiva 97/67/KE”])

(2015/C 205/14)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Enegren u L. Lozano Palacios, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: U. Persson u A. Falk, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma jeżentax mit-taxxa fuq il-valur miżjud il-provvisti ta’ servizzi u l-kunsinni ta’ oġġetti aċċessorji għal dawn il-provvisti, ħlief għat-trasport ta’ persuni u għat-telekomunikazzjonijiet, imwettqa mis-servizzi postali pubbliċi, kif ukoll il-kunsinni, fuq il-bażi tal-valur nominali tagħhom, ta’ bolli validi għall-użu tas-servizzi postali fit-territorju nazzjonali, ir-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt, rispettivament, l-Artikoli 132(1)(a) u 135(1)(h) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.

2)

Ir-Renju tal-Isvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 135, 05.05.2014.


Top