Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0424

    Kawża C-424/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof – il-Ġermanja) – Zuchtvieh-Export GmbH vs Stadt Kempten (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Regolament (KE) Nru 1/2005 — Protezzjoni tal-annimali matul it-trasport — Vjaġġ twil minn Stat Membru lejn Stat terz — Artikolu 14(1) — Kontroll li għandu jitwettaq fir-rigward tar-reġistru tal-vjaġġ mill-awtorità kompetenti tal-post tat-tluq qabel vjaġġi twal — Applikabbiltà ta’ din id-dispożizzjoni fir-rigward tal-parti mill-vjaġġ li ssir barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea — Applikabbiltà tar-regoli stabbiliti mill-imsemmi regolament għal din il-parti mill-vjaġġ”)

    ĠU C 205, 22.6.2015, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.6.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 205/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof – il-Ġermanja) – Zuchtvieh-Export GmbH vs Stadt Kempten

    (Kawża C-424/13) (1)

    ((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Regolament (KE) Nru 1/2005 - Protezzjoni tal-annimali matul it-trasport - Vjaġġ twil minn Stat Membru lejn Stat terz - Artikolu 14(1) - Kontroll li għandu jitwettaq fir-rigward tar-reġistru tal-vjaġġ mill-awtorità kompetenti tal-post tat-tluq qabel vjaġġi twal - Applikabbiltà ta’ din id-dispożizzjoni fir-rigward tal-parti mill-vjaġġ li ssir barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea - Applikabbiltà tar-regoli stabbiliti mill-imsemmi regolament għal din il-parti mill-vjaġġ”))

    (2015/C 205/06)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bayerischer Verwaltungsgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Zuchtvieh-Export GmbH

    Konvenuta: Stadt Kempten

    Fil-preżenza ta’: Landesanwaltschaft Bayern

    Dispożittiv

    L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, tat-22 ta’ Diċembru 2004, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li [jemenda] d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex trasport li jinvolvi vjaġġ twil ta’ equidae domestiċi barra minn equidae reġistrati u annimali domestiċi ta’ speċi bovina, ovina, kaprina jew suwina, li jibda fit-territorju tal-Unjoni Ewropea u jkompli barra dan it-territorju jkun jista’ jiġi awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-post tat-tluq, l-organizzatur tal-vjaġġ għandu jippreżenta reġistru tal-vjaġġ li, fid-dawl tal-arranġamenti ta’ dan il-vjaġġ kif dawn huma previsti, ikun realistiku u jippermetti l-preżunzjoni li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ser jiġu osservati, anki fir-rigward tal-parti mill-imsemmi vjaġġ li ssir fit-territorju ta’ pajjiż terz, u li, jekk dan ma jkunx il-każ, l-imsemmija awtorità tkun awtorizzata teżiġi li l-imsemmija arranġamenti jiġu mibdula b’tali mod li tiġi żgurata l-osservanza tal-imsemmija dispożizzjonijiet għal dan il-vjaġġ kollu.


    (1)  ĠU C 336, 16.11.2013.


    Top