Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0260

Kawża C-260/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Sigmaringen – il-Ġermanja) – Sevda Aykul vs Land Baden-Württemberg (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2006/126/KE — Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan — Rifjut ta’ Stat Membru li jirrikonoxxi, lil persuna li saqet taħt l-influwenza ta’ sustanzi narkotiċi, il-validità ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor)

ĠU C 205, 22.6.2015, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Sigmaringen – il-Ġermanja) – Sevda Aykul vs Land Baden-Württemberg

(Kawża C-260/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2006/126/KE - Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan - Rifjut ta’ Stat Membru li jirrikonoxxi, lil persuna li saqet taħt l-influwenza ta’ sustanzi narkotiċi, il-validità ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor))

(2015/C 205/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Sigmaringen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sevda Aykul

Konvenut: Land Baden-Württemberg

Dispożittiv

1.

L-Artikolu 2(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li Stat Membru, li fit-territorju tiegħu d-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor jirrisjedi temporanjament, jirrifjuta li jirrikonoxxi l-validità ta’ din il-liċenzja tas-sewqan minħabba aġir li jikkostitwixxi ksur tad-detentur tagħha li seħħ f’dan it-territorju sussegwentement għall-ħruġ ta’ din il-liċenzja tas-sewqan u li, skont il-liġi nazzjonali tal-ewwel Stat Membru, huwa ta’ natura li jwassal għall-inkapaċità għas-sewqan ta’ vetturi bil-mutur.

2.

L-Istat Membru li jirrifjuta li jirrikonoxxi l-validità ta’ liċenzja tas-sewqan, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwa kompetenti sabiex jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fihom id-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan għandu jissuġġetta ruħu għalihom sabiex jirkupra d-dritt tas-sewqan fit-territorju tiegħu. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina jekk, permezz tal-applikazzjoni tar-regoli tiegħu stess, l-Istat Membru inkwistjoni ma jipprekludix, fir-realtà, indefinittivament ir-rikonoxximent tal-liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor. F’din il-perspettiva, hija għandha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, ma jaqbżux il-limiti ta’ dak li huwa xieraq u neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan tad-Direttiva 2006/126, li jikkonsisti li tittejjeb is-sigurtà fit-toroq.


(1)  ĠU C 189, 29.06.2013.


Top