EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0110

Kawża T-110/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2015 – International Management Group vs Il-Kummissjoni

ĠU C 138, 27.4.2015, p. 65–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/65


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2015 – International Management Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-110/15)

(2015/C 138/84)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: International Management Group (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Burgstaller, Solicitor, u E. Wright, Barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni THOR/C4/LL/el/(S)(2015)4287 tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) tas-6 ta’ Frar 2015 li tirrifjuta li tagħti aċċess għal ċerti dokumenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-konvenuta naqset milli tosserva l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha meta rrifjutat li tagħti aċċess għad-dokumenti mitluba, billi bbażat ruħha fuq preżunzjoni ġenerali ta’ applikabbiltà tal-protezzjoni tal-għanijiet tal-ispezzjonijiet, tal-investigazzjonijiet u tal-awditi.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li jeżisti interess pubbliku superjuri għall-iżvelar tad-dokumenti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li l-konvenuta naqset milli tispjega għalfejn il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwi tipprekludi aċċess parzjali għad-dokumenti mitluba.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-konvenuta kisret id-dritt tar-rikorrent għal amministrazzjoni tajba.


Top