EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0060

Kawża C-60/15 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2015 minn Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-11 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-476/14, Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

ĠU C 138, 27.4.2015, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/35


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2015 minn Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-11 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-476/14, Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-60/15 P)

(2015/C 138/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH (rappreżentanti: S. Altenschmidt u P.-A. Schütter, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja joġgħobha tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fil-11 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-476/12.

L-appellanti titlob barra minn hekk lill-Qorti tal-Ġustizzja joġgħobha tilqa’ l-kap tat-talbiet tar-rikors għal annullament ippreżentat fl-ewwel istanza, intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Jannar 2013 (GestDem Nru 3273/2012).

Aggravji u argumenti prinċipali

Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali injorat ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (1) għal dak li jikkonċerna l-preżenza ta’ motivi ta’ rifjut li jingħata aċċess liberu għal informazzjoni ambjentali. Kuntrarjament għal dak li jimponi l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, hija ma interpretax b’mod strett il-motivi ta’ rifjut tal-Artikolu 4(3) u tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001 (2). Bl-istess mod, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni b’mod xieraq l-interess pubbliku għall-aċċess għall-informazzjoni ambjentali, li kien espost mill-appellanti. Konsegwentement, is-sentenza appellata lanqas hija konformi mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-informazzjoni ambjentali, li l-Unjoni approvat.


(1)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, p. 13).

(2)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


Top