Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0057

    Kawża C-57/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) fid-9 ta’ Frar 2015 – United Video Properties Inc. vs Telenet NV

    ĠU C 138, 27.4.2015, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.4.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 138/34


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) fid-9 ta’ Frar 2015 – United Video Properties Inc. vs Telenet NV

    (Kawża C-57/15)

    (2015/C 138/46)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hof van beroep te Antwerpen

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: United Video Properties Inc.

    Konvenuta: Telenet NV

    Domandi preliminari

    1)

    Il-kunċetti ta’ “spejjeż legali u spejjeż oħra raġonevoli u proporzjonati” fl-Artikolu 14 tad-Direttiva fuq l-infurzar [tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali] (1), jipprekludu l-leġiżlazzjoni Belġjana li tagħti lill-qorti l-possibbiltà li tieħu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi speċifiċi ddefiniti partikolari għall-kawża u li tipprovdi sistema ta’ tariffi fissi varjati fir-rigward ta’ spejjeż għall-assistenza ta’ avukat?

    2)

    Il-kunċetti ta’ “spejjeż legali u spejjeż oħra raġonevoli u proporzjonati” fl-Artikolu 14 tad-Direttiva fuq l-infurzar [tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali], jipprekludu l-ġurisprudenza li tgħid li l-ispejjeż ta’ konsulenza teknika jistgħu jinġabru biss fil-każ ta’ nuqqas (kuntrattwali jew extra-kuntrattwali)?


    (1)  Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 157, p. 45).


    Top