EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0041

Kawża C-41/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland (l-Irlanda) fit-2 ta’ Frar 2015 – Gerard Dowling, Padraig McManus, Piotr Skoczylas, Scotchstone Capital Fund Limited vs Minister for Finance

ĠU C 138, 27.4.2015, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland (l-Irlanda) fit-2 ta’ Frar 2015 – Gerard Dowling, Padraig McManus, Piotr Skoczylas, Scotchstone Capital Fund Limited vs Minister for Finance

(Kawża C-41/15)

(2015/C 138/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Ireland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gerard Dowling, Padraig McManus, Piotr Skoczylas, Scotchstone Capital Fund Limited

Konvenut: Minister for Finance

Domandi preliminari

1)

It-Tieni Direttiva dwar il-kumpanniji (1) tipprekludi, f’kull ċirkustanza, inkluż fiċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami, l-għoti ta’ ordni skont l-Artikolu 9 tal-Liġi tal-2010 dwar l-istabilizzazzjoni tal-istabbilimenti ta’ kreditu, abbażi tal-opinjoni tal-Minister li tgħid li huwa neċessarju, meta tali ordni għandha l-effett li jiżdied il-kapital ta’ kumpannija mingħajr il-kunsens tal-laqgħa ġenerali, li jingħataw ishma ġodda mingħajr ma dawn jiġu offerti fuq bażi preferenzjali lill-azzjonisti eżistenti u mingħajr il-kunsens tal-laqgħa ġenerali, li jitnaqqas il-valur nominali tal-ishma tal-kumpannija mingħajr il-kunsens tal-laqgħa ġenerali u, għal dan il-għan, li jiġu emendati l-memorandum u l-istatut ta’ assoċjazzjoni tal-kumpannija mingħajr il-kunsens tal-laqgħa ġenerali?

2)

L-ordni mogħtija mill-High Court skont l-Artikolu 9 tal-Liġi tal-2010 dwar l-istabilizzazzjoni tal-istabbilimenti ta’ kreditu fir-rigward ta’ Irish Life and Permanent Group Holdings plc u ta’ Irish Life and Permanent plc kisret id-dritt tal-Unjoni?


(1)  It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE, tat-13 ta’ Diċembru 1976, dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbilità limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 8.


Top