EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CU0001

Opinjoni 1/15: Talba għal opinjoni mressqa mill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 218(11) TFUE

ĠU C 138, 27.4.2015, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/24


Talba għal opinjoni mressqa mill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 218(11) TFUE

(Opinjoni 1/15)

(2015/C 138/32)

Lingwa tal-kawża: il-lingwi uffiċjali kollha

Talba mressqa minn

Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: F. Drexler, A. Caiola, D. Moore, aġenti)

Domandi magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja

Il-ftehim maħsub (1) huwa kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattati (Artikolu 16 TFUE) u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea [Artikoli 7, 8 u 52(1)] sa fejn huwa kkonċernat id-dritt tal-persuni fiżiċi għall-protezzjoni tad-data personali?

L-Artikolu 82(1)(d) u l-Artikolu 87(2)(a) TFUE jikkostitwixxu l-bażi legali adegwata għall-att tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim maħsub jew dan l-att għandu jkun ibbażat fuq l-Artikolu 16 TFUE?


(1)  Ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar it-trasferiment u l-ipproċessar tad-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri.


Top