Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0553

    Kawża C-553/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tallinna Ringkonnakohus – l-Estonja) – Tallinna Ettevõtlusamet vs Statoil Fuel & Retail Eesti AS (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxi indiretti — Dazji tas-sisa — Direttiva 2008/118/KE — Artikolu 1(2) — Karburant likwidu suġġett għad-dazju tas-sisa — Taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut — Kunċett ta’ “għan speċifiku” — Assenjazzjoni predeterminata — Organizzazzjoni tat-trasport pubbliku fit-territorju ta’ belt)

    ĠU C 138, 27.4.2015, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.4.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 138/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tallinna Ringkonnakohus – l-Estonja) – Tallinna Ettevõtlusamet vs Statoil Fuel & Retail Eesti AS

    (Kawża C-553/13) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxi indiretti - Dazji tas-sisa - Direttiva 2008/118/KE - Artikolu 1(2) - Karburant likwidu suġġett għad-dazju tas-sisa - Taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut - Kunċett ta’ “għan speċifiku” - Assenjazzjoni predeterminata - Organizzazzjoni tat-trasport pubbliku fit-territorju ta’ belt))

    (2015/C 138/16)

    Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

    Qorti tar-rinviju

    Tallinna Ringkonnakohus

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Tallinna Ettevõtlusamet

    Konvenuta: Statoil Fuel & Retail Eesti AS

    Dispożittiv

    L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix li jiġi kkunsidrat li taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn tiġi imposta fuq il-bejgħ bl-imnut ta’ karburant likwidu suġġett għad-dazju tas-sisa, issegwi fini speċifiku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni meta hija intiża li tiffinanzja l-organizzazzjoni tat-trasport pubbliku fit-territorju tal-awtorità li timponi din it-taxxa u li din l-awtorità, irrispettivament mill-eżistenza tal-imsemmija taxxa, għandha l-obbligu li teżegwixxi u tiffinanzja din l-attività anki jekk id-dħul minn din it-taxxa jintuża esklużivament għat-twettiq ta’ din l-attività. L-imsemmija dispożizzjoni għandha, konsegwentement, tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi din it-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut ta’ karburant likwidu suġġett għad-dazju tas-sisa.


    (1)  ĠU C 15, 18.01.2014.


    Top