EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CA0503
Joined Cases C-503/13 and C-504/13: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 5 March 2015 (requests for a preliminary ruling from the Bundesgerichtshof — Germany) — Boston Scientific Medizintechnik GmbH v AOK Sachsen-Anhalt (C-503/13), Betriebskrankenkasse RWE (C-504/13) (Reference for a preliminary ruling — Consumer protection — Liability for damage caused by defective products — Directive 85/374/EEC — Articles 1, 6(1) and section (a) of the first paragraph of Article 9 — Pacemakers and implantable cardioverter defibrillators — Risk of product failure — Personal injury — Removal of the allegedly defective product and replacement with another product — Reimbursement of the costs of the operation)
Kawżi Magħquda C-503/13 u 504/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – Ġermanja) – Boston Scientific Medizintechnik GmbH vs AOK Sachsen-Anhalt (C-503/13), Betriebskrankenkasse RWE (C-504/13) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Responsabbiltà għal prodotti difettużi — Direttiva 85/374/KEE — Artikoli 1 u 6(1) u l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 — Pacemaker kardijaku u difibrillatur awtomatiku li jiddaħħal fil-ġisem — Riskju li l-prodott ma jiffunzjonax tajjeb — Korriment — Irtirar tal-prodott allegatament difettuż u tpoġġija ta’ prodott ieħor — Rimbors tal-ispejjeż tal-operazzjoni)

ĠU C 138, 27.4.2015, p. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – Ġermanja) – Boston Scientific Medizintechnik GmbH vs AOK Sachsen-Anhalt (C-503/13), Betriebskrankenkasse RWE (C-504/13)
(Kawżi Magħquda C-503/13 u 504/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Responsabbiltà għal prodotti difettużi - Direttiva 85/374/KEE - Artikoli 1 u 6(1) u l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 - Pacemaker kardijaku u difibrillatur awtomatiku li jiddaħħal fil-ġisem - Riskju li l-prodott ma jiffunzjonax tajjeb - Korriment - Irtirar tal-prodott allegatament difettuż u tpoġġija ta’ prodott ieħor - Rimbors tal-ispejjeż tal-operazzjoni))
(2015/C 138/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Boston Scientific Medizintechnik GmbH
Konvenuti: AOK Sachsen-Anhalt (C-503/13), Betriebskrankenkasse RWE (C-504/13)
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1985, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konstatazzjoni ta’ difett potenzjali tal-prodotti li jifformaw parti mill-istess grupp jew li jaqgħu taħt l-istess serje ta’ produzzjoni, bħall-pacemakers kardijaċi u d-difibrillaturi awtomatiċi li jiddaħħlu fil-ġisem, tippermetti li tali prodott jiġi kklassifikat bħala difettuż mingħajr il-bżonn li jiġi kkonstatat l-imsemmi difett f’dan il-prodott. |
2) |
L-Artikolu 1 u l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 85/374 għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dannu kkawżat minn operazzjoni kirurġika għas-sostituzzjoni ta’ prodott difettuż, bħal pacemaker kardijaku jew difibrillatur awtomatiku li jiddaħħal fil-ġisem, jikkostitwixxi “ħsara kkawżata mill-mewt jew minn korrimenti personali”, li huwa responsabbli għalih il-produttur, meta din l-operazzjoni tkun neċessarja sabiex jeliminaw id-difett tal-prodott. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk din il-kundizzjoni hijiex issodisfatta fil-kawżi prinċipali. |