This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CA0103
Joined Cases C-103/12 and C-165/12: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 26 November 2014 — European Parliament (C-103/12), European Commission (C-165/12) v Council of the European Union (Actions for annulment — Decision 2012/19/EU — Legal basis — Article 43(2) and (3) TFEU — Bilateral agreement authorising utilisation of the surplus of allowable catch — Choice of the third country that the European Union authorises to utilise living resources — Exclusive economic zone — Policy decision — Fixing fishing opportunities)
Kawżi magħquda C-103/12 u C-165/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas- 26 ta’ Novembru 2014 – Il-Parlament Ewropew (C-103/12), Il-Kummissjoni Ewropea (C-165/12) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Deċiżjoni 2012/19/UE — Bażi legali — Artikolu 43(2) u (3) TFUE — Ftehim bilaterali li jawtorizza l-użu ta’ dak li jifdal mill-volum ammissibbli tal-qbid — Għażla tal-Istat terz ikkonċernat li l-Unjoni tawtorizza l-użu tar-riżorsi bioloġiċi — Żona ekonomika esklużiva — Deċiżjoni politika — Iffissar tal-opportunitajiet ta’ sajd)
Kawżi magħquda C-103/12 u C-165/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas- 26 ta’ Novembru 2014 – Il-Parlament Ewropew (C-103/12), Il-Kummissjoni Ewropea (C-165/12) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Deċiżjoni 2012/19/UE — Bażi legali — Artikolu 43(2) u (3) TFUE — Ftehim bilaterali li jawtorizza l-użu ta’ dak li jifdal mill-volum ammissibbli tal-qbid — Għażla tal-Istat terz ikkonċernat li l-Unjoni tawtorizza l-użu tar-riżorsi bioloġiċi — Żona ekonomika esklużiva — Deċiżjoni politika — Iffissar tal-opportunitajiet ta’ sajd)
ĠU C 26, 26.1.2015, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
26.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Novembru 2014 – Il-Parlament Ewropew (C-103/12), Il-Kummissjoni Ewropea (C-165/12) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawżi magħquda C-103/12 u C-165/12) (1)
((Rikors għal annullament - Deċiżjoni 2012/19/UE - Bażi legali - Artikolu 43(2) u (3) TFUE - Ftehim bilaterali li jawtorizza l-użu ta’ dak li jifdal mill-volum ammissibbli tal-qbid - Għażla tal-Istat terz ikkonċernat li l-Unjoni tawtorizza l-użu tar-riżorsi bioloġiċi - Żona ekonomika esklużiva - Deċiżjoni politika - Iffissar tal-opportunitajiet ta’ sajd))
(2015/C 026/02)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L.G. Knudsen, I. Liukkonen u I. Díez Parra, aġenti) (C-103/12), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u E. Paasivirta, aġenti) (C-165/12)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Westerhof Löfflerová u A. de Gregorio Merino, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, E. Ruffer u D. Hadroušek, aġenti), ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: N. Díaz Abad, aġent), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas u N. Rouam, aġenti), ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna u M. Szpunar, aġenti)
Dispożittiv
|
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/19/UE, tas-16 ta’ Diċembru 2011, dwar l-approvazzjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tad-Dikjarazzjoni dwar l-għoti ta’ opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni Ewropea lil bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela fiż-żona ekonomika esklużiva ’l barra mill-kosta tal-Gujana Franċiża, hija annullata. |
|
2) |
L-effetti tad-Deċiżjoni 2012/19/UE għandhom jinżammu sakemm tidħol fis-seħħ, f’terminu raġonevoli li jibda’ jiddekorri mid-data li fiha tingħata din is-sentenza, deċiżjoni ġdida bbażata fuq il-bażi legali xierqa, jiġifieri l-Artikolu 43(2) TFUE, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) TFUE. |
|
3) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
4) |
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |