EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0562

Kawża C-562/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas- 17 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Tartu Ringkonnakohus – l-Estonja) – MTÜ Liivimaa Lihaveis vs Eesti-Läti programmi 2007-2013 Seirekomitee (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Fondi strutturali — Regolamenti (KE) Nri 1083/2006 u 1080/2006 — Fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (FEŻR) — Programm operazzjonali intiż biex jippromwovi l-kooperazzjoni territorjali Ewropea bejn ir-Repubblika tal-Estonja u r-Repubblika tal-Latvja — Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ sussidji adottata mill-Kumitat ta’ monitoraġġ — Dispożizzjoni li tipprevedi li d-deċiżjonijiet ta’ dan il-kumitat ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ proċedura ta’ reviżjoni — Artikolu 267 TFUE — Att adottat minn istituzzjoni, organu jew organizzazzjoni tal-Unjoni — Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Artikolu 47 — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Dritt ta’ aċċess għall-qrati — Determinazzjoni tal-Istat Membru li l-qrati tiegħu għandhom ġurisdizzjoni biex jiddeċiedu rikors)

ĠU C 421, 24.11.2014, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Tartu Ringkonnakohus – l-Estonja) – MTÜ Liivimaa Lihaveis vs Eesti-Läti programmi 2007-2013 Seirekomitee

(Kawża C-562/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Fondi strutturali - Regolamenti (KE) Nri 1083/2006 u 1080/2006 - Fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (FEŻR) - Programm operazzjonali intiż biex jippromwovi l-kooperazzjoni territorjali Ewropea bejn ir-Repubblika tal-Estonja u r-Repubblika tal-Latvja - Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ sussidji adottata mill-Kumitat ta’ monitoraġġ - Dispożizzjoni li tipprevedi li d-deċiżjonijiet ta’ dan il-kumitat ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ proċedura ta’ reviżjoni - Artikolu 267 TFUE - Att adottat minn istituzzjoni, organu jew organizzazzjoni tal-Unjoni - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Artikolu 47 - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Dritt ta’ aċċess għall-qrati - Determinazzjoni tal-Istat Membru li l-qrati tiegħu għandhom ġurisdizzjoni biex jiddeċiedu rikors))

2014/C 421/07

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Tartu Ringkonnakohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MTÜ Liivimaa Lihaveis

Konvenut: Eesti-Läti programmi 2007-2013 Seirekomitee

Fil-preżenza ta’: Eesti Vabariigi Siseministeerium

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 263 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ programm operattiv skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nri 1083/2006, tal-11 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999, u 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1783/1999, u intiż biex jippromwovi l-kooperazzjoni territorjali Ewropea, rikors kontra deċiżjoni ta’ Kumitat ta’ monitoraġġ li tiċħad applikazzjoni għal sussidju ma jidħolx fil-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

2)

L-ewwel paragrafu (b) tal-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Linji gwida tal-programm adottati minn Kumitat ta’ monitoraġġ fil-kuntest ta’ programm operattiv skont ir-Regolamenti Nri 1083/2006 kif ukoll 1080/2006 u intiż biex jippromwovi l-kooperazzjoni territorjali Ewropea bejn żewġ Stati Membri, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jikkostitwixxux att adottat minn istituzzjoni, organu jew organizzazzjoni tal-Unjoni u, konsegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni biex tevalwa l-validità tad-dispożizzjonijiet ta’ tali Linji gwida.

3)

Ir-Regolament Nru 1083/2006, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni ta’ Linji gwida tal-programm adottati minn Kumitat ta’ monitoraġġ fil-kuntest ta’ programm operattiv konkluż bejn żewġ Stati Membri u intiż biex jippromwovi l-kooperazzjoni territorjali Ewropea, sa fejn din id-dispożizzjoni ma tipprevedix li deċiżjoni ta’ dan il-Kumitat ta’ monitoraġġ li tiċħad applikazzjoni għal sussidju tista’ tkun is-suġġett ta’ proċedura ta’ reviżjoni quddiem qorti ta’ Stat Membru.


(1)  ĠU C 38, 09.02.2013.


Top