Šis dokumentas gautas iš interneto svetainės „EUR-Lex“
Dokumentas 62014TN0647
Case T-647/14: Action brought on 2 September 2014 — Infusion Brands v OHMI (DUALSAW)
Kawża T-647/14: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Settembru 2014 – Infusion Brands vs UASI (DUALSAW)
Kawża T-647/14: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Settembru 2014 – Infusion Brands vs UASI (DUALSAW)
ĠU C 380, 27.10.2014, p. 19—20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/19 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2014 – Infusion Brands vs UASI (DUALSAW)
(Kawża T-647/14)
2014/C 380/26
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Infusion Brands, Inc. (Myer Lake Circle Clearwater, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: K. Piepenbrink, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-1 ta’ Lulju 2014, fil-Każ R 397/2014-4; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kuluri abjad, iswed u aħdar li fiha l-element verbali “DUALSAW” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 8 u 35 – applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 2 0 27 561
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni parzjalment miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.