Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0386

    Kawża T-386/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 3 ta’ Settembru 2014 – Kėdainių rajono Okainių et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Politika agrikola komuni — Skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa — Awtorizzazzjoni għall-għoti ta’ pagamenti diretti nazzjonali kumplimentari fil-Litwanja għall-2012 — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Bidu tad-dekorrenza — Inamissibbiltà — Eċċezzjoni ta’ illegalità” )

    ĠU C 380, 27.10.2014, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 380/13


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2014 – Kėdainių rajono Okainių et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

    (Kawża T-386/13) (1)

    ((“Rikors għal annullament - Politika agrikola komuni - Skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa - Awtorizzazzjoni għall-għoti ta’ pagamenti diretti nazzjonali kumplimentari fil-Litwanja għall-2012 - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Bidu tad-dekorrenza - Inamissibbiltà - Eċċezzjoni ta’ illegalità”))

    2014/C 380/17

    Lingwa tal-kawża: il-Litwanjan

    Partijiet

    Rikorrenti: Kėdainių rajono Okainių ŽŪB (Okainių, il-Litwanja) u l-134 rikorrent ieħor li isimhom jidher fl-anness għad-digriet (rappreżentant: I. Vėgėlė, avukat)

    Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Vaičiukaitė u E. Karlsson, aġenti); u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Kranenborg u A. Steiblytė, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-partijiet rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas, K. Vainienė, A. Karbauskas, R. Makelis u K. Anužis, aġenti)

    Suġġett

    Minn naħa waħda, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C (2012) 4391 finali, tat-2 ta’ Lulju 2012, li tawtorizza l-għoti ta’ pagamenti diretti nazzjonali kumplementari fil-Litwanja għall-2012 u, min-naħa l-oħra, talba intiża sabiex tiġi kkonstatata l-illegalità parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Kėdainių rajono Okainių ŽŪB u l-134 rikorrent ieħor li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea.

    3)

    Ir-Repubblika tal-Litwanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 313, 26.10.2013.


    Top