EUR-Lex Dostop do prava EU

Nazaj na domačo stran EUR-Lex

Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.

Dokument 62011TA0450

Kawża T-450/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 11 ta’ Settembru 2014 – Galileo International Technology vs UASI – ESA u Il-Kummissjoni (GALILEO) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva GALILEO — Trade marks Komunitarji verbali preċedenti GALILEO — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ xebh bejn il-prodotti u servizzi inkwistjoni” ]

ĠU C 380, 27.10.2014, str. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 380/8


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2014 – Galileo International Technology vs UASI – ESA u Il-Kummissjoni (GALILEO)

(Kawża T-450/11) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva GALILEO - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti GALILEO - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ xebh bejn il-prodotti u servizzi inkwistjoni”])

2014/C 380/09

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Galileo International Technology LLC (Bridgetown, il-Barbados) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, M. Blair u K. Gilbert, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Samnada u F. Wilman, aġenti); u l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Buydens, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ April 2011 (Każ R 1423/2005-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Galileo International Technology LLC u l-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Galileo International Technology LLC għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk esposti mill-UASI.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Spazjali Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 298, 08.10.2011


Na vrh